Weekly Highlights and Brochures

Contact us

RADJU MARIJA

Studio:
(+356) 21 453 106

Office:
(+356) 21 453 105

 

 

             

Welcome

Radju Xibka    

 

Ma nieqfu qatt inroddu hajr lil madonna ghal dan id-don meraviljuz li tat lill-poplu ta’ wliedha. Fl-istess waqt irridu nippruvaw nifhmu s-sbuhija u l-ghana ta’ dan id-don. Irridu nkunu grati lejn il- Madonna ghaliex b’Radju Marija t’ghallimna nitolbu. Radju Marija, gheziez hbieb, iwassal it-talb fid-djar b’mod specjali l-Quddiesa Mqaddsa u r-Ruzarju. Meta l-familji jitolbu flimkien, Gesù huwa prezenti u mieghu Marija, li jwasslu serenità u paci. Radju Marija wassal fid-djar il-Kelma t’Alla, li ssostni l-fidi taghna u tghinna naffrontaw id-diffikultajiet tal-hajja. Radju Marija, f’dan iz-zmien ta’ dlam u tfixkil, imexxina fit-triq it-tajba f’komunjoni mal-Knisja kollha. Radju Marija ma jhalliniex wahedna fil-granet taghna u huwa qrib b’mod specjali ta’ dawk li jinsabu wahedhom, l-anzjani u l-morda. 

 

Il-Madonna fit-tjubija taghha bla tarf, inqdiet b’mezz semplici u umli bhalma huwa r-radju biex tilhaq lil kulhadd, ukoll lil dawk li huma boghod mill-Knisja, dawk li ma jemmnux, dawk li qatt ma ltaqghu ma’ sacerdot fil-hajja taghhom. Permezz ta’ Radju Marija, il-Madonna saret missjunarja u rnexxielha tidhol kullimkien, mhux biss fid-djar, izda wkoll fil-karozzi, fl-isptarijiet, fil-habsijiet, fl-imkejjen li hadd ma jidhol fihom, fil-‘periferiji ezistenzjali’. B’dan il-mezz ckejken, il-Madonna tasal f’kull rokna tad-dinja u jirnexxilha thabbat fuq il-qalb ta’ kull wiehed minn uliedha. Dan kollu jsehh quddiem ghajnejna u ma nindunawx b’dan il-miraklu ta’ kuljum tal-prezenza ta’ Marija permezz tax-xandir. 

 

Il- Papa Frangisku ma jehda qatt jirrikkmanda lill-Knisja biex ma tibqax maghluqa bejn l-erba’ hitan taghha u jezortaha biex tohrog tfittex lin-naghag mitlufa. Fil-fatt ftit huma dawk li baqghu fil-maqjel mentri l-bicca l-kbira tal-merhla xterdet fic-cpar tal-izball u tan-nuqqas ta’ twemmin. Permezz tad-don ta’ Radju Marija, il-Madonna harget tiltaqa’ man-nies, isejhilhom lura ghall-fidi, ghall-konverzjoni u ghat-talb. Kemm semmiegha ta’ Radju Marija resqu mill gdid lejn Alla u lejn il-Knisja ghaliex b’mod kazwali bdew jisimghu Radju Marija.

 

Nistghu nqabblu lil Radju Marija ma’ xibka dinjija li l-Vergni Marija tixhet fil-bahar biex timla d-dghajsa tal-Knisja b’ghadd kbir ta’ hut. Radju Marija min-natura tieghu huwa missjunarju ghaliex jghin lil dawk li ghandhom il-fidi biex ikabbruha u dawk li tilfuha biex jerghu jsibuha!

 

Fr. Charles Fenech OP

Direttur

 

 

                           

For Sale - Special

New

Poll

Which do you find most useful?



 

Books For Sale!

 

Materjal ghal-Bejgh

Search

Follow Us

Support us