
L-Open Weekend ta’ Radju Marija – jinkiseb success kbir….
Radju Marija fetah il-bibien tieghu ghal pubbliku waqt Open Weekend li gie
organizzat is-Sibt 31 ta’Mejju u il-Hadd 1 ta’Gunju 2008. Lejliet
l-open weekend saret vejla ta’ talb ghal voluntiera kollha ta’
Radju Marija ,liema velja kienet immexxija minn Fr.Hayden Williams Frangiskan
Kapuccin u kienet tinkludi Ruzarju meditat,quddiesa u adorazzjoni.

L-Open Weekend hija attivita annwali li jorganizza Radju Marija u li hija imfittxija mis-semmiegha u l-poplu in generali. Din is-sena ma kienitx eccezzjoni u s-success ta’ l-influss u konkorenza qawwija ta’nies matul il-jumejn ta’ l-open weekend huwa xhieda ta’ dan.
It-tema ta’ l-Open Weekend ta’din is-sena kienet lkoll qaddejja ma Marija u l-attivitajiet li kienu organizzati mid-direzzjoni ta’ l-istazzjon ta’ Radju Marija kienu marbutin ma’ din it-tema.

L-ewwel attivita li kienet organizzata is-Sibt filghodu kien seminar ghal familja bit-tema Ilkoll qaddejja ma’ Marija fiz-zwieg u l-familja fejn il-kelliema principali f’dan is-seminar kienu Fr.Charles Fenech, Direttur ta’Radju Marija,u zewg koppji mizzewgin Antoinette u George Zahra u Carmen u Karm Conti.

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-quddiesa ghal voluntiera,benifatturi u semmiegha kollha ta’ Radju Marija,liema quddiesa tmexxiet minn Fr.Charles Fenech fejn fl-omelija tieghu ghamel riflessjonijiet fuq it-tema u ta l-ahhar taghrif fuq x’qieghed jigri fil-familja dinjija ta’Radju Marija. F’din il-quddiesa ikkoncelebraw ghadd ta’ sacerdoti li ghandhom sehem attiv fil-programmazzjoni ta’ Radju Marija.

Il-Hadd wara nofsinhar saret attivita’ ghat tfal organizzata mil-Klabb tal-Programm L-Arka ta’ Noe fejn il-mistieden specjali kien Frank O’Niell li bl-istil tieghu allegra il-hafna tfal prezenti ,b’divertiment kontinwu b’laqta spiritwali wkoll.

Il-qofol ta’l-open weekend intlahaq biz-zjara ta’ L-Eccelenza Tieghu L-Arcisqof Monsinjur Pawl Cremona, fejn il-pubbliku prezenti kellu l-okazjoni jkellmu personalment u jiehdu ritratti mieghu u anki jiffirma l-awtografi. L-Arcisqof intlaqa’ fl-istazzjon mid-Direttur ta’ Radju Marija, Fr.Charles Fenech fejn fid-diskors ta’ l-okkazzjoni L-Arcisqof Cremona gie ipprezent b’zewg posters li juru ikoni ta’ San Pawl fl-okkazjoni tal-bidu tas-sena Pawlina aktar tard dan ix-xahar,li kien habbar il-Papa Benedittu Sittax.Wara il-messagg tieghu L-Arcisqof Cremona talab Barka Specjali fuq l-istazzjon ta’ Radju Marija ,inluz il-voluntiera u s-semmiegha kollha.

Matul l-open weekend il-pubbliku prezenti kellu l-opportunita izur l-istudios ta’l-istazzjon minn fejn jittelghu il-programmi u wkoll jara l-apparat li jintuza, kif ukoll ix-xoghol li isir minn wara l-kwinti fl-istazzjon.

Ukoll waqt l-open weekend il-pubbliku kellu l-okkazjoni jiltaqa ma’diversi producers, prezentaturi u voluntieri ta’ Radju Marija kif ukoll jisma intervisti maghhom.Apparti dan il-pubbliku kellu l-opportunita’ li jaghti d-demm fil-Blood Donation unit kif ukoll izur diversi stands li jippromwovu kotba spritiwali u materjal iehor religjuz.
