Pellegrinagg minn Radju Marija ghall-Velja ta’ l-Assunta ….jitilghu aktar minn 600 pellegrin

Velja ta' l-Assunta 2008

Aktar minn 600 pellegrin nhar il-Hamis 14 ta’ Awwissu tard wara nofs in-nhar ssiehbu f’Pellegrinagg li organizza Radju Marija ghall-Misrah tas-Santwarju ta’ Pinu f’Ghawdex fejn fit-8.30 ta’ filghaxija saret il-Velja ta’ l-Assunta li damet saghtejn u li kienet tinkludi wkoll fiha il-Quddiesa tal-Vgili ta’ l-Assunta. It-tema maghzula ghal din il-Velja kienet: “ Pellegrini lejn is-sema pajjizna”. Aktar minn 1800 persuna kienu prezenti ghal din il-Velja li tmexxiet minn Dun Eddie Vella u li kien assistit minn aktar minn 20 sacerdot fosthom minn Fr Charles Fenech Direttur ta’ Radju Marija kif ukoll mir-Rettur tas-Santwarju Dun Gerald Buhagiar u mill-ex Rettur Dun Mikiel Galea. Il-kant tal-Velja li xxandret fuq Radju Marija kien animat minn ghadd ta’ membri tal-komunitajiet parrokkjali fi hdan id-Djocesi t’Ghawdex.

Velja ta' l-Assunta 2008

L-Isqof t’Ghawdex, Monsinjur Mario Grech li kien prezenti fl-ahhar parti tal-Velja ghamel messagg ta’ l-Okkazjoni fi tmiem l-istess Velja.

l-Ghada filghodu Radju Marija xandar ukoll il-Pontifikal Solenni mill-Kattidral t’Ghawdex fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, liema Pontifikal tmexxa mill-Eccellenza Tieghu l-Isqof t’Ghawdex Monsinjur Mario Grech.