Nifs Produzzjoni ta’ Dun Frans Abdilla u preżentazzjoni ta’ Dun Frans Abdilla u grupp ta’ zgħazagħ

Kien jixxandar kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9pm u l-10pm b’ripetizzjoni nhar ta’ Ħadd fil-5.00am

Mingħajr nifs ma tgħix. Ikollok bżonn tieqaf biex tieħu Nifs! U min jaf kemm trid tagħti Nifs! Dan hu l-ħsieb ta’ dan il-programm : Nifs. Se nippruvaw nilħqu dan l-iskop b’talb fuq stil Taiże’. Il-format se jkun l-istess bħal laqgħat ta’ talb f’Taize’ u se nużaw ukoll id-diski ta’ Taiże’. Importanti li mhux biss li tingħaqad magħna bir-radju, imma tieqaf, u titlob magħna. Oħloq ambjent ta’ talb: post tajjeb għalik; xi ftit xemghat; ikona jew inkwadru ta’ Gesu’; dawl baxx. Nieħdu Nifs flimkien, biex nagħtu Nifs lil xulxin.
 

  X'inhu podcasting?  
 
 

Aghfas hawn halli tidhol fl-Arkivju
Destinazzjoni ID Produzzjoni u preżentazzjoni: Grupp tfajliet immexxi minn Sister Vania Bonello, Agostinjana.

Kien jixxandar live kull nhar ta’ Tnejn fid-9.00 p.m. b’repetizzjoni kull nhar ta’ Ħadd fil-5.00am.

Ic-cavetta biex tidħol fil-qalb taz-zgħazagħ jagħtuhielek huma stess meta tieqaf u tismagħhom. Hemm studji, teoriji u statistici li jitfgħu dawl siewi fuq id-dinja taz-zgħazagħ, imma jekk tisma’ x’hemm f’qalbhom mingħandhom stess, allura mbagħad jagħtuk il-permess tidħol fiha u minn hemm tifhem ħafna aħjar.

Programm ta’ diskussjoni li waqtu ssibek tmiss ir-realtà li jħabbtu wiċċhom magħha ż-żghażagħ kuljum. Programm li jipprezenta l-isfida, it-taqbida u l-maturità li wieħed jikseb meta jgħix l-adoloxxenza fil-valuri Kattolici. Programm li għandu jolqot lilek - tfajla, guvni, għax żgħażagħ bħalek qed iwasslu l-leħen tiegħek… li għandu jiġbed l-attenzjoni tagħna lkoll li nħobbu ż-żgħażagħ, nemmnu fihom imma fl-istess hin nitħawdu, nitfixklu u ninkwetaw għax ma nifhmux biżżejjed lilhom u l-istil tal-ħajja tagħhom.

Għaliex ‘Destinazzjoni I.D.’? Tkunu tafu meta tisimgħuna! Nistennewkom!
Sr Vania


NOTA

Biex tabdejtja il-pagna dejjem aghfas CTRL+F5